Bosta qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-attur Kurt Magri li llum jagħlaq 34 sena. Kurt huwa magħruf ma’ bosta għall-parti ta’ Roderick li interpreta fis-serje DIVISION 7. Hu kien ħa sehem ukoll fis-serje Il-Miraklu ta’ Ħal Saflieni.
“Illum il-ġurnata tiegħek imma fil-verità aħna kuljum niċċelebrawk għax inti persuna speċjali,” kitbet oħt l-attur li awguratlu l-isbaħ xewqat.
“Il-qalb tad-deheb u d-determinazzjoni tiegħu jagħmluh persuna ta’ min jammira,” temmet tikteb.
Kurt jiġi wkoll iz-ziju tal-attur lokali Aiken Buhagair.
Awguri, Kurt!
Ritratti: Facebook / Kurt Magri u DIVISION 7