“Illum Jagħmlu 10 Snin Minn Meta Ħadt Il-Warrant Ta' Nutar Pubbliku” – Corazon Mizzi

In-nutar pubbliku, kantawtriċi, u preżentatriċi Corazon Mizzi, ilbieraħ iċċelebrat għaxar snin minn meta ħadet il-warrant ta’ Nutar Pubbliku.

Fuq il-paġna tagħha hi kitbet messaġġ ta’ apprezzament, “Illum jagħmlu 10 snin minn meta ħadt il-warrant ta’ Nutar Pubbliku. Li tkun Nutar ifisser li taħdem fis-skiet imma b’piż kbir. Ħames kelmiet biss: responsabbilità, integrità, servizz, għarfien u umiltà. Kull ġurnata ġabet magħha sfidi, tagħlim u l-fiduċja tagħkom li qatt ma ħadtha for granted. Grazzi lil dawk kollha li fdawni f’din il-professjoni li tibqa’ tgħallimni li l-aktar ħaġa importanti hi li tkun uman, qabel kollox!”

Nawgurawlha mill-qalb għal dawn l-għaxar snin ta’ servizz tagħha, aħna kburin ħafna biha!





Facebook / Corazon Mizzi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI