Lyndsay Pace sellmet b’mod mill-isbaħ lil DJ Mykill f’għeluq sninu, billi fakkret il-ħbiberija twila u l-proġetti mużikali li ħolqu flimkien matul is-snin.
F’messaġġ li xxerret fuq il-midja soċjali, Lyndsay kitbet: "Nawguralek għeluq sninek it-tajjeb lill-aqwa dj li hawn! Ilna nafu lil xulxin minn żmien il-ġenn u jien tassew grata għall-ħbiberija leali tagħna! Għal aktar esperjenzi sbieħ u biex inkomplu noħolqu aktar proġetti mużikali flimkien!"
Il-kantanta u l-DJ ħadmu flimkien f’diversi okkażjonijiet, fosthom fil-festival Mużika Mużika flimkien mar-rapper lokali Il-Kallakku, bil-kanzunetta Dak Kien Żmien, li kienet tfakkira nostalġika f’mumenti speċjali mill-passat.
Minn qalbna nwasslu l-awguri lil DJ Mykill, li għadu jagħti spettaklu u jqajjem briju fuq il-palk b’passjoni, enerġija u dedikazzjoni! Nawgurawlu iktar suċċess, ispirazzjoni u mużika tajba!
Facebook / Mykill DJ