L-attur komiku Ray Calleja llum jagħlaq 57 sena. Żgur li Calleja jibqa’ magħruf minn bosta għas-sehem tiegħu fis-serje KC.
Rajnih ukoll f’produzzjonijiet bħal Triq Waħda kif ukoll Is-Salib tal-Fidda.
Ippreżenta wkoll programmi komiċi bħal Mustaċċuni ma’ Ron Briffa.
Magħruf ma’ bosta wkoll bħala wieħed mill-uċuħ wara x-xow allegruż Kelma Kelma Nota Nota li Ray kien ikun parti minnu għal diversi snin.
Bosta awguraw l-isbaħ xewqat lill-attur fuq il-mezzi soċjali.
Awguri, Ray!
Sors: IMDb / Ray Calleja
Ritratti: Eileen Montesin u Facebook / The People of Malta u Ray Calleja