Illum Jiċċelebra S-60 Anniversarju Tal-Professjoni Reliġjuża Fra Mark Fl-Ordni Dumnikana

Permezz ta’ kiba fuq il-paġna tagħhom, Bażilika ta' Sidtna Marija tal-Porto Salvo u San Duminku Valletta ferħu ma’ Fra Mark hekk kif illum għalaq 60 sena fil-professjoni reliġjuża.

Huma qalu, “Illum niċċelebraw b’ferħ u gratitudni s-60 anniversarju tal-professjoni reliġjuża ta’ Ħuna Fra Mark fl-Ordni Dumnikan ... Ad Multos Anos Fra Mark!” Fejn żiedu wkoll jgħidu li fl-10 ta’ dalgħodu kien hemm Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Bażilika tagħhom.



Qasmu wkoll kitba separata fejn qalu, “Mumenti mill-Quddiesa ta’ radd il ħajr li kellna fil-Bażilika tagħna f’għeluq is-60 sena anniversarju tal-professjoni reliġjuża ta’ Ħuna Fra Mark fl-Ordni Dumnikan.” Ir-ritratti toistgħu ssegwuhom hawn:

Awguri minn qalbna!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI