Il-preżentatriċi Karmen Tedesco llum tagħlaq 77 sena. Karmen hija magħrufa l-iżjed għat-tisjir bnin tagħha hekk kif fil-fatt hi ppubblikat diversi kotba bir-riċetti tagħha tul is-snin fosthom il-ktieb Insajru Ma’ Karmen.
Ma’ ħafna oħrajn, Karmen hija magħrufa għad-diversi programmi li ppreżentat fuq it-televixin kif ukoll fuq ir-radju. Sal-lum il-ġurnata mhux l-ewwel darba li taqsam ir-riċetti tagħha fuq l-istazzjon F Living.
Għal ‘il fuq minn 20 sena, Tedesco wkoll kienet għalliema u dejjem tiddeskrivi dawn is-snin bħala fost l-isbaħ snin ta’ ħajjitha u tgħid li saħansitra sal-lum il-ġurnata għadha tħoss in-nuqqas tiegħu.
Awguri, Karmen!
Ritratti: Facebook / Karmen Tedesco u YouTube / Eurovisionfest
Sors: YouTube / Owen Bonnici (Prime Time)