Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division ħarġet appell lis-sidien biex meta jieħdu lill-klieb magħhom il-baħar, jagħmlu l-parti tagħhom biex iżommu l-bajjiet nodfa.
L-organizzazzjoni fakkret fl-importanza li l-ħmieġ tal-klieb jinġabar u jintrema fil-kontenitur apposta. Din hija azzjoni sempliċi iżda importanti biex il-bajjiet jibqgħu ambjent pjaċevoli u nadif għal kull min iżurhom.
Il-messaġġ ta’ Clean Malta jħeġġeġ lil kulħadd biex ikun responsabbli u jirrispetta l-ambjent. B’kollaborazzjoni bejn is-sidien tal-annimali domestiċi u l-komunità kollha, nistgħu ngħinu biex il-bajjiet tagħna jibqgħu sbieħ, nodfa u siguri.
“Xummiemu m’għandux vaganzi. Inżommu Nadif” huwa appell biex, anke matul il-vaganzi tas-sajf, ma ninsewx ir-responsabbiltà tagħna lejn l-ambjent.