B’niket kbir, it-tim ta’ Magri Cycles sellem lil Freddie, membru tal-familja Magri, li minn età żgħira kien parti mill-vjaġġ u mill-istorja tal-familja, flimkien ma’ membri oħra tagħha, u ta l-kontribut tiegħu għat-tkabbir tan-negozju.
Freddie jibqa’ mfakkar ukoll għall-passjoni kbira u d-dedikazzjoni tiegħu għall-piroteknika, interess li kien qrib ħafna ta’ qalbu u li akkumpanjah tul ħajtu.
"B’dispjaċir kbir insellmu lil Freddie, membru tal-familja Magri, li sa minn età żgħira, flimkien ma’ membri oħra tal-familja tagħna, ikkontribwixxa għall-istorja u t-tkabbir ta’ Magri Cycles… Il-kontribut tiegħu dejjem se jibqa’ parti mill-istorja tan-negozju tal-familja tagħna, u l-memorji li ħalla warajh jibqgħu parti mill-istorja tal-familja Magri Cycles."
Strieħ fis-sliem, Freddie. Ċertament li se tibqa’ mfakkar minn dawk li tant ħabbewk u għadhom iħobbuk.