Caroline Galea, ilbieraħ qasmet messaġġ fuq il-midja soċjali li laqat il-qlub ta’ ħafna u ġabar ammont kbir ta’ appoġġ u mħabba.
Hija bdiet billi kitbet, "Illum kellu jkun l-ewwel jum tiegħek f’Kinder 2, imma qegħdin hawnhekk minflok. Qalbti tinkiser naf li qed titlef il-ferħ kollu li ġġib l-iskola u tagħmel ħbieb ġodda, imma Alla kellu pjanijiet oħra għalik."
Caroline kompliet tgħid, "Inti ser tgawdi ħin ta’ kwalità man-nanniet mill-aqwa tiegħek. Dejjem grata lejn l-istaff kollu f’Rainbow Ward u lejn Puttinu Cares li jagħmlu ż-żjarat tagħna l-isptar ħafna aktar faċli u li jġibu tbissima anki f’mumenti diffiċli."
Il-messaġġ tagħha, mimli emozzjoni u kuraġġ, qajjem solidarjetà mingħand ħafna li apprezzaw kemm hu qawwi l-mod kif qed tiffaċċja din il-mixja ma’ binha.
Facebook / Caroline Galea