Illum L-Attriċi U Xandara Josephine Zammit Cordina Qed Tiċċelebra L-Età Sabiħa Ta’ 91 Sena

Illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi u xandara veterana Josephine Zammit Cordina. F'karriera li damet għaddejja 51 sena, Josephine matul is-snin ħadet sehem f'numru ta' produzzjonijiet televiżivi, kienet involuta f'bosta reċti fuq il-palk u kienet il-vuċi wara għadd ta' programmi tar-radju.

Sal-lum il-ġurnata, isem Josephine jibqa' marbut b'mod partikolari mal-Maltin tal-Awstralja. Hi kien irnexxielha tidħol f'qalbhom permezz ta' programm tar-radju li kienet tippreżenta li tistqarr kien għal qalbha għaliex bih kienet tara kemm avvanzaw f'ħajjithom il-Maltin li jgħixu barra minn xtutna.

Fost l-isbaħ mumenti mill-karriera mimlija suċċessi ta' Josephine nsibu l-mument meta ngħatat il-Qadi tar-Repubblika b'rikonoxximent tal-kontribut tagħha lejn ix-xena lokali tal-ispettaklu. Apparti minn hekk, hi kienet ukoll ġiet rikonoxxuta mill-gvern Awstraljan li ħatarha membru onorarju tal-Ordni tal-Awstralja.

Fost il-produzzjonijiet televiżivi li Josephine Zammit Cordina ħadet sehem fihom u tibqa' magħrufa għalihom sal-lum il-ġurnata nsibu Dejjem Tiegħek Becky, KC kif ukoll Deja Vu.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Josephine f'jum għeluq sninha, filwaqt li nixtiequlha iżjed snin ta' saħħa, hena u paċi.

Sors tal-informazzjoni: Vimeo / Bijografiji

Ritratt:

Facebook / Henry Zammit Cordina u Eileen Montesin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI