“Fissduk Xi Naqra Iktar Mis-Soltu Hemm Fuq Jew? Ilna Ma Nfissduk Naqra Hawn … Għadna Nħobbuk Imma” – Marceline Galea

L-attriċi Marceline Galea sellmet il-memorja tal-għażiż missierha permezz ta’ messaġġ emozzjonanti. Li kieku għadu magħna, llum kien jiċċelebra għeluq sninu. Hi qasmet konversazzjoni ta’ bejniethom fejn qalet:

“Happy birthday Pa!”

“Mhux illum ħi baqalu jumejn oħra.”

"Awguri Ġuban!”

“M’għandekx għaġġla, ilu l’għadda jumejn.”

Għalqet il-messaġġ tagħha bi kliem mimli mħabba u nostalġija fejn staqsiet, “Fissduk xi naqra iktar mis-soltu hemm fuq jew? Ilna ma nfissduk naqra hawn. .. għadna nħobbuk imma, ħafna, tħabbilx suf.”

Insellmu l-memorja tiegħu minn hawn.

Ritratt:

Marceline Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI