Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Santa Luċija Local Council sellmu l-memorja ta’ Joe Azzopardi li serva matul l-ewwel leġiżlatura fl-istess Kunsill.
Huma qalu, “Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija jsellem il-memorja ta’ Joe Azzopardi, li kien wieħed mill-ewwel Kunsilliera li serva matul l-ewwel leġiżlatura tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija (14 ta' Mejju 1994) f'isem il-Partit Nazzjonalista. Il-Kunsill jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-kontribut li ta lill-komunità tagħna u jwassal il-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-familjari u lill-għeżież tiegħu f’dan il-mument ta’ niket. Strieħ fis-sliem, Sur Azzopardi. Il-memorja tiegħek tibqa’ ħajja fl-istorja tal-lokalità tagħna.”