Fuq il-paġna Archiocese of Malta, fakkru l-ġurnata meta l-Qdusija Tiegħu, Il-Papa Franġisku, inħatar Papa.
"Illum l-għażiż Papa Franġisku jagħlaq 12-il sena minn meta ġie elett bħala s-suċċessur ta’ San Pietru. Jibqa' jidwi f'qalbna l-kliem li qasam magħna fiż-żjara f'pajjiżna 3 snin ilu: "Għal Alla ma teżistix il-kelma 'irrekuperabbli'... dejjem jaħfer – hu aħna li negħjew nitolbu maħfra... M’hemm ebda dnub jew falliment li... ma jistax isir okkażjoni għalina biex nibdew ħajja ġdida... Alla jaħfer kollox, kollox."
L-arċidjoċesi tkompli billi żżomm lill-Papa Franġisku fit-talb, hekk kif għadu qed jirkupra.
"Mulej Ġesù, filwaqt li nirringrazzjawk minn qalbna tad-don li hu Papa Franġisku għalina, nitolbuk tħares il-bżonnijiet fiżiċi u spiritwali tiegħu. Nitolbuk tagħtina qalb fertili għall-kliem li żera' f'artna, biex permezz tiegħu nkomplu nersqu qribek."
Inżommuh f'talbna!
Facebook/ Vatican News