Awguri lil Justine Shorfid, il-kantanta li rajnieha tikseb popolarità meta spiċċat fit-tieni post fit-tieni staġun ta' X Factor Malta. Illum hi qed tiċċelebra għeluq it-23 sena tagħha. Fuq il-midja soċjali, Justine qasmet ritratti għall-okkażjoni flimkien ma' messaġġ li jirrifletti tama u fiduċja fil-futur.
Hija kitbet, "23 sena u ħielsa, qed insir il-persuna li jien maħsuba li nkun. Jekk Alla jrid." Il-kliem tagħha wassal messaġġ pożittiv dwar it-tkabbir personali u l-vjaġġ tagħha lejn il-persuna li temmen li hija maħsuba li ssir. Sabiħ li persuna tagħraf dan u tkompli tirrifletti fuq il-vjaġġ ta' tkabbir personali.
Minn hawn ningħaqdu mal-awguri li rċeviet u nawguraw lil Justine sena mimlija saħħa, ferħ u suċċessi.
Facebook / Justine Shorfid