“Illum L-Għeżież Tiegħi Qed Jiċċelebraw Id-49 Anniversarju Tat-Tieġ Tagħhom” – Antonella Galea Loffreda

Fuq il-mezzi soċjali tagħha, Antonella Galea Loffreda lbieraħ fakkret jum speċjali għall-ġenituri tagħha, dan għaliex huma ċċelebraw 49 sena miżżewġa. 49 sena minn meta wegħdu lil xulxin li jibqgħu mexjin il-vjaġġ tagħhom flimkien, fit-tajjeb u l-ħażin.

F’dan il-jum għażiż Antonella tikteb, “Illum l-għeżież tiegħi qed jiċċelebraw id-49 anniversarju tat-tieġ tagħhom. Grazzi għall-imħabba u l-għożża li rabbejtuna fihom. Is-sagrifiċċji ma jonqsux, iżda jalla tkomplu tgħixu b’tant imħabba għal xulxin għal ħafna aktar snin. Inħobbkom ħafna.”





Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom aktar snin ta’ saħħa, hena u paċi f’qalbhom. Ċertament li jinsabu kburin bil-familja li rabbew u l-memorji li qasmu. Jum bħal dan ifakkarhom f’dak il-jum għażiż, jum li minnu tista’ tgħid li beda kollox.

Awguri!

Facebook / Antonella Galea Loffreda



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI