Illum fil-15 ta’ Ġunju, qed niċċelebraw il-missirijiet madwar id-dinja kollha. Il-missirijiet għandhom wieħed mill-aktar rwoli importanti u influwenti fis-soċjetà.
Illum niċċelebraw kull tip ta’ missier: dawk li qegħdin magħna u anke dawk li mhumiex; dawk li jaħdmu jew jgħixu ’l bogħod minna; dawk li ħadu r-rwol ta’ figura paterna; dawk il-missirijiet li huma waħedhom; u wkoll missirijiet li huma t-tieni raġel tal-omm.
Huwa importanti ħafna llum li naħsbu f’missirijietna u li nqattgħu ħin magħhom jew inċemplulhom, bħala wirja ta’ apprezzament għal dak kollu li għamlu għalina. U jekk m’għadhomx magħna, naħsbu fil-memorji tagħhom.