Jum tassew speċjali għal Ryan u Josmar, hekk kif illum qed jiċċelebraw 18-il sena ta’ memorji sbieħ flimkien! Permezz ta’ messaġġ qasir iżda mimli mħabba li huma qasmu fuq il-midja soċjali kitbu, "Illum niċċelebraw 18-il sena ta’ memorji flimkien."
Tmintax-il sena li bla dubju ġabu magħhom għadd kbir ta’ esperjenzi, mumenti ta’ ferħ, sfidi u tifkiriet li jibqgħu jgħożżu tul ħajjithom. Matul dawn is-snin, Ryan u Josmar offrew ukoll lill-udjenza Maltija diversi esperjenzi televiżivi permezz ta’ għażla varjata ta’ programmi li ppreżentaw flimkien.
Dan l-anniversarju jfakkar il-vjaġġ sabiħ li qasmu flimkien matul is-snin u l-importanza tal-imħabba, ir-rispett u l-appoġġ reċiproku f’relazzjoni. Minn Gwida.mt nawguraw lil Ryan u Josmar aktar snin ta’ ferħ, saħħa u memorji sbieħ flimkien. Awguri mill-qalb!
Facebook / Ryan and Josmar