L-eks Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi, illum qed jiċċelebra anniversarju speċjali flimkien ma’ martu Silvana, hekk kif il-koppja għalqet 24 sena minn meta ngħaqdu fiż-żwieġ. Permezz ta’ messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Zrinzo Azzopardi esprima l-apprezzament tiegħu lejn martu għal dawn is-snin kollha li qasmu flimkien.
“Illum niċċelebraw 24 sena minn meta għedna iva lil xulxin. Grazzi Silvana ta’ dak kollu li fissru għalina dawn is-snin mimlija mħabba u għożża,” kiteb Zrinzo Azzopardi. Il-messaġġ kien akkumpanjat minn ritratt tal-koppja, filwaqt li diversi persuni ħallew il-messaġġi ta’ awguri tagħhom għal dan l-anniversarju importanti.
L-anniversarji taż-żwieġ spiss ikunu mumenti ta’ riflessjoni dwar il-vjaġġ li koppja tkun għaddiet minnu flimkien, u għal Stefan u Silvana dan jidher li kien wieħed immarkat mill-imħabba, il-ħbiberija u l-appoġġ reċiproku matul is-snin.
Minn naħa tagħna, nawguraw lil Stefan u lil Silvana aktar snin ta’ ferħ, saħħa u mumenti sbieħ flimkien.
Facebook / Stefan Zrinzo Azzopardi