Se Tixxandar B’Mod Drirett L-Eżekuzzjoni Ta’ Nidal Hasan Li Qatel 13-Il Persuna

L-Istati Uniti qed iħejju għal eżekuzzjoni mhux tas-soltu, hekk kif Nidal Hasan eks uffiċjal militari li nstab ħati li qatel 13-il persuna, se jiġi eżegwit minn skwadra tal-isparar fit-3 ta’ Diċembru li ġej. L-aktar aspett sorprendenti f’dan il-każ huwa li l-eżekuzzjoni mistennija tixxandar dirett biex il-pubbliku jkun jista’ jsegwiha.

Dan tħabbar mis-Segretarju tad-Difiża Amerikan, Pete Hegseth li sostna li l-pubbliku għandu jara l-konsegwenzi ta’ attakki bħal dawn. Il-Pentagon ikkonferma li l-eżekuzzjoni se tixxandar b’mod dirett iżda għad iridu jitħabbru aktar dettalji dwar kif dan se jsir.

Il-każ imur lura għall-5 ta’ Novembru 2009, meta Hasan li dak iż-żmien kien jaħdem bħala psikjatra fl-Armata Amerikana, spara ġewwa bażi militari f’Fort Hood f'Texas. Fl-attakk inqatlu 13-il persuna, fosthom mara tqila, filwaqt li 32 oħra ndarbu.

Fl-2013, Hasan instab ħati minn qorti militari u ġie kkundannat għall-mewt. Wara snin ta’ proċeduri legali, il-President Amerikan Donald Trump approva s-sentenza fit-2 ta’ Ottubru li għadda. L-eżekuzzjoni hija skedata li ssir fis-1pm bħala ħin ta’ Texas, fl-istess bażi militari fejn seħħ l-attakk.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI