“Illum Niċċelebraw Is-26 Sena Tagħna” – Adria Twins F’Jum Għeluq Sninhom Speċjali

Adria Twins

Adria Twins iċċelebraw is-26 sena tagħhom b’messaġġ mimli emozzjoni, imħabba u nostalġija, hekk kif qasmu mas-segwaċi tagħhom kemm in-numru 26 għandu tifsira speċjali għalihom - dan hu fil-fatt il-lucky Birthday.

“Illum niċċelebraw is-26 sena tagħna - jum li ilna noħolmu bih u li dejjem xtaqna naqsmuh flimkien,” kitbu t-tewmin, filwaqt li spjegaw kif dan in-numru jġorr miegħu għadd ta’ memorji u tifsiriet li jagħmlu din il-ġurnata waħda mill-aktar speċjali għalihom.

Minkejja l-ferħ ta’ dan il-jum, ammettew li qalbhom tħoss in-nuqqas ta’ missierhom aktar minn qatt qabel, u xtaqu li seta’ jkun magħhom biex jiċċelebra dan il-mument tant importanti.

“Nafu li kien ikun kburi,” kitbu, waqt li saħqu li se jibqgħu jġorruh f’qalbhom f’kull pass li jagħmlu. Huma temmew il-messaġġ tagħhom b’dedikazzjoni mill-qalb lil missierhom: “26 sena ta’ tewmin, 26 sena ta’ rabta speċjali li ħadd ma jista’ jifhem ħlief aħna, u ħajja sħiħa nixtiequ li kont hawn biex tara kollox, Pa.”

Awguri mill-qalb Adria Twins!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI