Illum Nistennew Temp Xemxi U Kalm B’Temperatura Li Titla’ 25 Grad!

Skont it-tbassir tat-temp minn It-Temp Madwarna, illum se jkollna ġurnata xemxija u kalma, għalkemm aktar tard matul il-jum mistenni jidher xi sħab. Ir-riħ se jkun ħafif u varjabbli, l-aktar ġej mill-Majjistral, filwaqt li l-baħar se jkun moderat iżda aktar tard isir ħafif.

L-ogħla temperatura mistennija tilħaq il-25°C, filwaqt li matul il-lejl tinżel għal madwar 16°C. It-temperatura tinħass kemxejn ogħla matul il-jum, hekk kif tinħass ta’ 27°C.



Dan kollu qed ikompli jagħti dik is-sensazzjoni tipika tas-sajf, hekk kif issa fadal madwar xahar biss għall-bidu uffiċjali tal-istaġun tas-sajf. Fil-fatt, ħafna qed jibdew iqattgħu aktar ħin barra, b’numru ta’ nies diġà jmorru lejn il-bajjiet biex igawdu t-temp sabiħ.



L-indiċi UV illum huwa 8, li jfisser li x-xemx hija pjuttost qawwija. Għalhekk wieħed għandu jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa jekk se jqatta’ ħin twil fix-xemx, fosthom li juża protezzjoni mix-xemx u jibqa’ idratat.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI