“Illum Qed Ngħidu Saħħa, Iżda Dan Il-Kapitlu Dejjem Se Jibqa’ Jġorr Post Speċjali F’Qalbna.” – Dive In Cafe & Grill

Wara tmien snin ta’ ħidma, mumenti sbieħ u memorji li jibqgħu mnaqqxa fil-qalb tan-nies, Dive In Cafe & Grill, f’Għar Lapsi ħabbar li wasal għall-aħħar kapitlu tiegħu.

Il-post, li jinsab fis-Siġġiewi, kien joffri esperjenza ta’ ikel b’veduti pittoreski lejn il-baħar u Filfla. F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, il-persuni wara l-istabbiliment qasmu ritratt li juri d-differenza bejn il-bidu u l-lum, akkumpanjat mill-kliem “Dak iż-żmien u llum.”

Huma rriflettew fuq il-vjaġġ ta’ tmien snin, li fih kien hemm “xogħol iebes, daħk, biki, sfidi u memorji li għamilna flimkien bħala familja.” Illum, qegħdin jagħlqu dan il-kapitlu, iżda jenfasizzaw li l-esperjenzi kollha li għexu matul dawn is-snin se jibqgħu għal dejjem f’post speċjali f’qalbhom.

Għal dawk kollha li matul is-snin għamlu żjara fil-post, dan l-għeluq ifisser ukoll tmiem ta’ kapitlu marbut ma’ ħafna ikliet, laqgħat u memorji.

Ritratti:

Facebook/Dive In Cafe & Grill

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI