Illum huwa għeluq snin Carmen Vella, omm Chan. F’dan il-jum speċjali fuq il-paġna ta' Facebook Chan Alexia Vella Schembri kiteb messaġġ sabiħ b’dedikazzjoni f’ismu, f’isem il-mara u t-tfal.
"Awguri mill-qalb, Mama, f’għeluq żmienek. Ħudha aktar bil-mod illum," kiteb fil-messaġġ. Qasam anke ritratt għall-okkażjoni, fejn bosta kkummentaw bl-awgurju u b'kumplimenti mill-qalb.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw jum mill-isbaħ lil Carmen.
Facebook/ Chan Alexia Vella Schembri