Illum il-kantanta Olivia Lewis qed tiċċelebra għeluq sninha. Lil Olivia, 15-il sena ilu rajnieha tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Vertigo. Kanzunetta bi kliem u mużika ta' Philip Vella u Gerard James Borg li kienet rebħet b'rekord ta' voti.
Olivia kienet kisbet popolarità f'pajjiżna grazzi għad-dehriet tagħha ġo festivals lokali, partikularment il-Malta Eurovision, dak iż-żmien Malta Song For Europe fejn kienet waslet għal diversi drabi sat-tieni post.

Fl-2007 kellu jkun iċ-ċans tagħha li finalment tirrappreżentana! Għamlet ir-ritorn tagħha għax-xena tal-festivals bil-kbir bir-rebħ tal-Festival Internazzjonali Tal-Kanzunetta Maltija bil-kanzunetta Hawn Mill-Ġdid, kitba ta' Joe Julian Farrugia u kompożizzjoni ta' Paul Abela.
Apparti minn hekk fl-aħħar snin rajnieha bħala mistiedna speċjali waqt diversi festivals lokali bħal Malta Eurovision 2022, 2023, fejn kantat tnejn mill-iżjed kanzunetti maħbuba, Vertigo u Deja Vu. Kantat ukoll fis-serata tal-klassiċi waqt Mużika Mużika.
Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Olivia Lewis l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. Awguri!
Facebook/ Olivia Lewis