Illum Tagħlaq 83 Sena L-Attriċi Maltija Mary Zarb – F’Liema Teledramm Tiftakruha?

Illum hija ġurnata speċjali għall-attriċi maħbuba Mary Zarb, li qed tiċċelebra għeluq it-83 sena tagħha. Twieldet il-Ħamrun fit-28 ta’ Settembru 1943 u minn età żgħira kellha diġà ġibda qawwija lejn id-dinja tar-reċtar.

Kienet tħobb tersaq lejn il-palk kull meta jkollha l-opportunità, anke meta xi kultant kienet tingħata xi linja żgħira f’reċta. Maż-żmien, dik l-imħabba tat il-frott tagħha u Mary saret wiċċ familjari kemm fuq il-palk kif ukoll fuq it-televiżjoni.

Matul il-karriera tagħha ħadmet f’għadd ta’ produzzjonijiet, fosthom 1919, Ħal Bla Ras, Sossy, Viva l-Ministru u Santa Monika, kif ukoll f’diversi films ta’ Elio Lombardi.

Wieħed mill-isbaħ mumenti fil-vjaġġ tagħha kien meta f’Santa Monika dehret fl-istess xena ma’ bintha Frida Cauchi u n-neputija Carly - tliet ġenerazzjonijiet magħqudin mill-istess imħabba għall-arti. L-imħabba għar-reċtar kompliet tgħaddi wkoll għand uliedha.

It-Tim ta' Gwida.mt, jixtieq jawgura lil Mary l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha, kif ukoll sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI