“Mhux Jien Għażilt Li Ngħid Saħħa” – Tami Mac an Bharid Hekk Kif Wasal It-Tmiem Ta’ 58 Sena Ta’ L-Iskola Thi Lakin

Il-bidu ta’ sena skolastika li kellu jkun mimli tbissim, kant u tfal jiġru lejn sħabhom, din id-darba kien differenti għal Thi Lakin School, li wara 58 sena ma fetħitx il-bibien tagħha għall-istudenti.

Il-Kap tal-Iskola, Tami Mac an Bhaird, magħrufa minn ħafna bħala Miss Tami, qasmet messaġġ emozzjonanti u spjegat li d-deċiżjoni ma kinitx waħda li għażlet hi, iżda waħda li ġiet imposta fuqha mir-realtà finanzjarja.

L-iskola kienet bdiet bħala negozju tal-familja u, wara li l-bini nbigħ, l-iskola kompliet topera minn post mikri. Iż-żieda qawwija fil-kera, flimkien mal-ispejjeż l-oħra, wasslet biex il-miżati ma baqgħux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż.

Miss Tami qalet, li użat ukoll flus mill-bejgħ tal-bini u mit-tfaddil personali tagħha biex tipprova ssalva l-iskola, iżda wasal punt fejn dan ma baqax sostenibbli. Minkejja d-diffikultajiet, dak li jibqa’ huwa l-memorja ta’ ġenerazzjonijiet ta’ tfal li kibru hemmhekk. Eks-studenti, ġenituri u eks-Ministru Evarist Bartolo sellmu d-dedikazzjoni tagħha u t-tifkiriet sbieħ li ħallew warajhom.

Għal Miss Tami, il-firda kienet waħda li “kissritilha qalbha”, iżda l-imħabba tagħha lejn it-tfal tibqa’ parti mill-istorja tal-iskola.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI