Illum Tagħlaq Sninha L-Attriċi Kristjana Casha – Magħrufa Fost L-Oħrajn Bħala Gail Minn Gizelle

Kristjana Casha

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi Kristjana Casha, li jgħaddu kemm jgħaddu snin tibqa' magħrufa għas-sehem tagħha f'Gizelle bil-parti ewlenija ta' Gail. Karattru li ċertament baqa' mfakkar u li kien wieħed mill-protagonisti ta' din is-sensiela popolari.

Apparti minn hekk Kristjana kienet ħadmet il-parti ta' Lina, waqt is-sensiela Għada Jisbaħ Ukoll. Sensiela bi storja tajba, u nistgħu ngħidu li kien hemm sinerġija mill-isbaħ bejn il-karattri, speċjalment iż-żgħażagħ li għexu flimkien taħt l-istess saqaf fid-dar ta' Tereża.

Ritratt: Facebook/ Iż-Żmien Bejnietna

Rajnieha wkoll fis-sensiela Chalet fejn biha kienet irritornat fid-dinja tat-televiżjoni wara waqfa twila.

M'ilux ħafna meta lil Kristjana segwejnieha waqt Iż-Żmien Bejnietna fejn interpretat il-parti ta' Carmen. Bħalissa hi tifforma parti mill-kast tas-sensiela ta' GO TOKIS, Il-Kliem Moħbi.

Awguri mill-qalb f'isem it-tim ta' Gwida.mt Kristjana!

Ritratt:

Facebook/ Il-Kliem Moħbi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI