“Is-Sigħat, Is-Sagrifiċċji, Id-Determinazzjoni” – Claudia Magrin Lil Bintha Christina Fil-Gradwazzjoni

Claudia Magrin

Claudia Magrin, omm il-kantanta lokali Christina Magrin, kitbet messaġġ mill-qalb lil bintha fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni tagħha, fejn esprimiet kemm tinsab kburija biha.

Christina gradwat First Class Honours, wara li ngħatat ukoll Dean’s Award. F’messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali, Claudia kitbet li waqt li kienet qed taraha bil-libsa tal-gradwazzjoni, ma setgħetx ma tiftakarx f'meta kienet għadha ċkejkna.

Faħħret id-dedikazzjoni, is-sagrifiċċji u d-determinazzjoni ta’ bintha, li tant ħadmet biex tilħaq dan l-għan, tant li, skont ommha, kienet diġà bdiet taħdem fuq it-teżi li jmiss qabel ma kellha ċ-ċans tiċċelebra dan is-suċċess!

Claudia fakkret lil bintha fl-importanza li tkun ġentili magħha nnifisha, li ma tgħaġġilx biex tilħaq il-pass li jmiss u li ssib il-ħin tgawdi l-ħajja, tikseb il-kuntentizza u toħloq memorji sbieħ.

Qasmet anke diversi ritratti tal-okkażjoni. Nifirħulek, Christina!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI