Illum Tagħlaq Sninha L-Preżentatriċi Popolari U Attivista Tal-Annimali Moira Delia!

Moira Delia

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-preżentatriċi popolari u attivista tal-annimali Moira Delia.

Moira ilha magħrufa għal snin twal fix-xena lokali, mhux biss bħala wiċċ familjari għat-televiżjoni Maltija, imma wkoll bħala vuċi qawwija favur il-protezzjoni u d-drittijiet tal-annimali.

Matul is-snin, kienet involuta f’diversi kampanji u inizjattivi li jippromovu t-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll f’attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għal xelters u organizzazzjonijiet volontarji.

Għeluq snin Moira jfakkar lil bosta fl-impenn tagħha lejn il-kawżi li jmissu qalbha u fil-kontribut pożittiv tagħha lejn is-soċjetà Maltija.

Gwida tingħaqad ma’ dawk kollha li qed jawguraw lil Moira Delia jum mimli ferħ u suċċessi. Nawgurawlek mill-qalb Moira! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ u kulma tixtieq qalbek!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI