Tħabbru d-dettalji tal-funeral tal-awtur lokali Giovann Attard, li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 59 sena wara li fl-aħħar żmien kien qed jissielet ma’ marda.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar is-Sibt 10 ta’ Ottubru fit-8:15 ta’ filgħodu fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi, fejn il-familja, il-qraba, il-ħbieb u dawk kollha li kienu jafuh se jkollhom l-opportunità jagħtuh l-aħħar tislima.
Giovann jibqa’ mfakkar għall-kontribut tiegħu fil-qasam tal-kitba, id-drama u l-mużika Maltija. F’dan il-mument ta’ niket, mill-ġdid Gwida.mt twassal il-kondoljanzi tagħha lill-familja, il-qraba u l-ħbieb kollha ta’ Giovann.
Strieħ fis-sliem, Giovann.
Facebook / Giovann Attard