Illum Taħbat Il-Festa Liturġika Ta’ San Bartilmew Appostlu

San Bartilmew

Illum, 24 ta’ Awwissu, il-Knisja Kattolika tiċċelebra bil-ferħ il-festa liturġika ta’ San Bartilmew Appostlu, wieħed mit-Tnax li ġew magħżula minn Ġesù biex ikunu xhieda tiegħu u jwasslu l-Evanġelju lid-dinja.

Il-festa tiegħu hija kklassifikata bħala festa fil-kalendarju liturġiku, u l-qari tal-ġurnata jfakkarna b’mod speċjali fil-post tal-Appostli fil-pedament tal-Knisja.

Fl-Evanġelju skont San Ġwann, Bartilmew huwa tradizzjonalment identifikat ma’ Natanael. Huwa Filippu li jmur jgħidlu: “Sibna lil dak li dwaru kitbu Mosè fil-Liġi u l-Profeti, Ġesù ta’ Nazaret.” Natanael, għall-ewwel, jirreaġixxi b’ċertu xettiċiżmu: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” Filippu ma jidħolx f’argument miegħu, iżda sempliċement jgħidlu: “Ejja u ara.”

Din il-ġrajja fiha messaġġ sabiħ ħafna għall-ħajja tagħna llum. Il-fidi mhix dejjem xi ħaġa li nifhmu kollox dwarha mill-ewwel.

Fost dawk li qasmu kitba f'dan il-jum kienet il-paġna Soċjeta' Filarmonika San Bartilmew fejn kitbet, "Il-Festa t-tajba lill-Għargħurin kollha kemm dawk fil-Għargħur kif ukoll dawk li ma għadhomx joqogħdu r-raħal tagħna! Jum San Bartilmew u Jum is-Soċjeta’ li ġġib ismu."

Il-Festa t-tajba!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI