William Mangion Mascoli, il-kantant li rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1993 fl-Irlanda bil-kanzunetta This Time jiċċelebra għeluq sninu.
Fl-aħħar snin ġietu opportunità mill-aqwa u ħadha sabiex ikompli jagħmel dak li tassew iħobb, u għex barra minn xtutna.
William kien beda l-karriera professjonali tiegħu meta kellu 14-il sena u minn hemm qatt ma ħares lura. Hu kien jagħmel parti minn diversi bands lokali iżda mill-1993 'il quddiem kien iffoka fuq il-karriera personali.
Wara l-esperjenza tiegħu fil-Eurovision Song Contest, William kien għamel xi żmien jgħix ġol-Ingilterra fejn dar u daqq f'diversi postijiet. Hu kien daqq kemm bħala solist u anke parti minn bands.
L-aħħar li William deher f'kompetizzjoni lokali kien fl-2007 meta ppreżenta l-kanzunetta Forever Mine.
F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil William l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu u sena mill-isabħ. Awguri William.
Facebook/ William Mangion Mascoli