Is-sindku tal-Marsa, Luke Farrugia, sellem il-memorja ta’ ħabib tiegħu permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tiegħu.
Hu kiteb, “Illum tajna l-aħħar tislima lill-ħabib tagħna, Ronny. Il-preżenza kbira ta’ nies illum uriet biċ-ċar kemm kont maħbub u kemm ħallejt marka fil-qlub ta’ tant. Żgur li mhux se tkun minsi. Min jaf kemm-il darba tkellimna u dħakna flimkien fil-ħwienet li kont tiffrekwenta fil-lokalità tagħna, mumenti sempliċi, imma mimlija ħajja u sinċerità. Strieħ fis-sliem, għażiż Ronny.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tal-għażiż Ronny. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem.