Illum l-attriċi veterana Amy Callus Orlando qed tiċċelebra l-età sabiħa ta' 80 sena. Lil Amy bosta telespettaturi jiftakruha fis-sensiela 'Simpatiċi', fejn hemmhekk kienet tinterpreta l-parti ta' Mrs Axiaq.
Madankollu, dik ma kinitx l-unika produzzjoni li ħadet sehem fiha l-attriċi; fil-fatt, matul is-snin hi kienet parti minn bosta sensiliet oħrajn fosthom 'Ipokriti', 'It's Morris' kif ukoll 'One Star Hotel'.
F'jum għeluq sninha l-attriċi esprimiet il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li ħadu l-ħin mill-ġurnata tagħhom sabiex jawgurawlha l-isbaħ xewqat.
Awguri, Amy!
Facebook / Amy Callus Orlando