“Illum Ġurnata Iżjed Speċjali Mis-Soltu” – In-Nanna Ta’ Steph Rodgers Tiċċelebra Għeluq Sninha

Steph Rodgers hi għalliema ammirata ferm fil-gżejjer tagħna u anke barra minn xtutna talli tagħmel filmati edukattivi biex persuni li ma jafux il-Malti jkunu jistgħu jitgħallmuh. Illum hi kitbet kelmtejn emozzjonali biex tawgura lin-nanna tagħha f’għeluq sninha.

Steph kitbet fuq il-paġna tagħha, “Illum ġurnata iżjed speċjali mis-soltu – qed niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Mara u anke għeluq id-90 sena tan-nanna inkredibbli tiegħi! Awguri f’għeluq id-90 sena tiegħek nanna! Inħobbuk ħafna!!”

Steph ippubblikat ritratti tassew ħelwin, wieħed tagħha u ta’ nannitha mgħannqin flimkien u ieħor ta’ nannitha mdawra bl-għeżież tagħha hekk kif taqsam il-kejk.



F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha! Nixtiqulek jum u anke sena mimlija bl-affarijiet kollha li tixtieq qalbek. Awguri!

Instagram / steph95_x

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI