“Ilni Niġġieled Magħha Għal Għaxart Ijiem… Qed Ikolli Bżonn Anki L-Ossiġnu… Tlaqqmu!” – Mario Imbimbo, Politiku Taljan

Mario Imbimbo, politiku Taljan li spiċċa marid bil-Covid għamel appell imqanqal. “Għandi l-Covid. Ilni nissielet għal mill-inqas għaxart ijiem b’deni ta’ 38.5 u diffikultajiet biex nieħu n-nifs. Fl-agħar ġranet kelli bżonn ossiġnu. U dan kollu b’żewġ dożi tal-vaċċin. Biss issa nsib is-saħħa biex nikteb għax l-affarijiet huma ftit aħjar.”

Hu qal ukoll, “Għal dawk bħali li qegħdin fl-istess pożizzjoni, tidher qisha ħolma kerha imma hija realtà ħarxa…” Hu jżid li hemm min hu kontra l-estensjoni tal-green pass jew għandhom tħassib dwar it-tielet doża, dan ma jistax ikun. “Għandna bżonn nipproteġu lilna nfusna. Fi kwalunkwe każ. Qed jispiċċa, iżda għadu ma spiċċax. Għadna f’pandemija li xorta tista’ tagħmel ħafna ħsara.”

“Isma’ lil dawk li għadhom qed jitħabtu biex joħorġu minnha. Ejja nitlaqqmu, ejja nipproteġu lilna nfusna. Ejja nsibu l-kuraġġ u nilqgħu għal pandemija li diġà tajna wisq għaliha. Għax nistgħu ninqasmu fuq kollox. Dwar kif tmexxi u torganizza din il-ħajja. Imma fuq ħaġa waħda qatt m’għandna ninqasmu. Fuq il-protezzjoni u l-istima tal-ħajja. Għandna wieħed u huwa l-iktar assi prezzjuż!”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI