“Imnikkta Bit-Telfa Ta’ Frankie Tonna, President Onorarju Tal-Klabb Taghna.” – Pietá Hotspurs FC

Frankie Tonna

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom Pietá Hotspurs FC ħabbru t-telfa ta' Frankie Tonna; raġel maħbub li ta tant kontribut fi ħdan il-komunitá tagħhom.

"Il-President u l-Kumitat ta' Pietà Hotspurs FC jinsabu mnikkta bit-telfa ta’ Frankie Tonna, President Onorarju tal-klabb taghna. Nesprimu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lis-sinjura tiegħu u lill-familja kollha f’dan il-mument diffiċli."

Il-paġna tħabbat li l-funeral ser isir għada l-Erbgha fis-14:00 fil-knisja ta' San Duminku Rabat. Il-Korteo ser jieqaf quddiem il-kazin fis-13:15 u se jkun hemm trasport provdut ghal-quddiesa.

Strieħ fis-sliem Frankie. Kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI