Il-kunvent ta’ Santa Tereża f’Bormla fakkru li llum il-knisja tiċċelebra lil Santa Tereża. Huma kitbu wkoll fatti interessanti dwar il-ħajja tagħha.
Spjegaw, “L-aħwa, illum il-knisja tiċċelebra lil Santa Tereża ta’ Ġesu’ ta’ Los Andes, l-ewwel Qaddisa Ċileni.”
Żiedu jgħidu, “Juanita Enriqueta Josephina Fernández Solar twieldet nhar it-13 ta’ Lulju tal-1900. Sa minn eta’ ċkejkna Juanita kellha karattru xi minn daqqiet fuq ruħha u ta’ rasha, b’danakolu hija ħasset sa minn eta’ ċkejkna s-sejħa lejn il-ħajja miġbura tal-Karmelu. Minħabba f’hekk, nhar is-7 ta’ Mejju tal-1919, hija daħlet ġewwa l-monasteru klawstrali ta’ Los Andes, fejn ingħatat l-isem ta’ Swor Tereża ta’ Ġesu’, eżatti bħal Qaddisa Riformatriċi tal-Karmelu. Għexet bl-akbar ferħ fil-Mulej u sempliċita’ kbira tal-qalb. Marda bikrija ħasditilha l-ħajja nhar it-12 ta’ April tal-1920 fl’eta’ żagħżugħa ta’ ftit anqas minn għoxrin sena. Hija ġiet ikkanoniżżata nhar il-21 ta’ Marzu tal-1993. Santa Tereża de los Andes Itlob għalina.”
Facebook / Kunvent Santa Tereza Bormla