“Ser Isiru Xogħlijiet Ta’ Asfalt Fi Triq Ħal Tarxien, Il-Gudja” – Infrastructure Malta B’Avviż

Infrastructure Malta ħarġu avviż dwar l-għeluq ta’ Triq Ħal Tarxien, il-Gudja, fis-17 ta’ Lulju.

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom huma spjegaw, “Avviż ta' Għeluq tat-Triq – Gudja. Infrastructure Malta tavża li ser isiru xogħlijiet ta' asfalt fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja. Meta: Il-Ġimgħa, 17 ta' Lulju 2026. Ħin: Mis-6:00pm sal-5:00am.”

Żiedu wkoll, “Matul dawn il-ħinijiet, Triq Ħal Tarxien ser tkun magħluqa kompletament għat-traffiku, skont il-pjan ta' ġestjoni tat-traffiku. Nirringrazzjaw lill-pubbliku tal-paċenzja u l-kooperazzjoni tiegħu filwaqt li dawn ix-xogħlijiet isiru biex titjieb il-kwalità tan-netwerk tat-toroq.”

Nappellaw biex fis-17 ta’ Lulju bejn is-sitta ta’ filghaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu, tippjanaw ir-rotta tagħkom biex nevitaw aċċidenti u traffiku. Nirringrazzjaw lil Infrastructure Malta għall-appell.

Ritratti:

Facebook / Infrastructure Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI