Il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni fakkret lill-pubbliku fl-importanza li jiġu protetti l-fkieren tal-baħar u l-bejtiet tagħhom matul dan il-perjodu tas-sena.
Permezz ta' appell fuq il-midja soċjali, il-pubbliku ġie mħeġġeġ biex jaġixxi minnufih jekk jiltaqa' ma' fekruna jew jinduna b'bejta fuq ix-xatt.
F'dawn il-każijiet, wieħed għandu jċempel immedjatament lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq 2292 3500 jew lil Nature Trust Malta (NTM) fuq 9999 9505, sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa biex jipproteġu dawn l-annimali u l-bejtiet tagħhom.
Il-kooperazzjoni tal-pubbliku hija kruċjali biex il-fkieren tal-baħar ikomplu jbejtu b'mod sigur fil-gżejjer Maltin.