L-assoċjazzjoni tal-hockey f’Malta jħabbru l-mewt tal-eks president tagħhom. Huma jiktbu, “Imnikktin ħafna li nħabbru l-mewt ta’ Chris Busuttil Leaver, l-eks president tal-Hockey Association Malta li serva b’unur mill-2000 sal-2018. Chris kien aktar minn sempliċiment il-President.”
L-assoċjazzjoni tiddeskrivih, “Kien karattru vibranti u ħalla marka indimentikabbli fuq il-hockey u dawk kollha li kienu jafuh. Il-mandat tiegħu bħala President kien ikkaratterizzat minn dedikazzjoni bla waqfien, passjoni għall-isport u impenn qawwi lejn it-tjieba u l-integrità. Dejjem kellu xi jgħid, u kliemu kien jirrifletti t-twemmin tiegħu u t-tħassib ġenwin tiegħu għall-komunità tal-hockey.”
Ma’ dan huma jżidu, “Taħt it-tmexxija tiegħu, l-Assoċjazzjoni tal-Hockey kisbet il-kirja taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Hockey f’Kordin. L-installazzjoni tal-wiċċ tal-ħaxix artifiċjali fiċ-ċentru tal-hockey taħt il-gwida tiegħu kien mument definittiv għall-iżvilupp tal-hockey Malti, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.”
Il-Malta Hockey Association Malta jkomplu, “Fiż-żmien tal-logħob tiegħu lagħab mat-timijiet tal-hockey tal-Banks, Luxol u White Hart. Chris kien magħruf sew għall-pożizzjoni tiegħu intenzjonata u ta’ prinċipju fuq il-kwistjonijiet kollha li jassigura li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-aħjar interess tal-isport u l-parteċipanti tiegħu.”
Huma jtemmu,”Il-wirt tiegħu huwa wieħed ta’ integrità u twemmin fil-qawwa tal-isport li jġib in-nies flimkien. Il-kondoljanzi mill-qalb tagħna jmorru lil martu Natalie, lil ibnu Luke (li huwa eks-plejer tal-hockey u umpire attwali), lill-familja tiegħu u ħbieb u lil dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jafuh. Strieħ fis-sliem għażiż Chris. Int ser tkun immissjat ħafna, u dejjem tibqa’ mfakkar.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu f’dan il-mument daqshekk diffiċli. Kompli ħares fuq il-maħbubin tiegħek Christopher.
Facebook / Malta Hockey Association