Student seraq il-qlub ta’ bosta meta għażel li jmur għall-gradwazzjoni b’ċilindru tal-gass fuq spalltu sabiex ifakkar is-snin li missieru għamel jaħdem bħala bejjiegħ tal-gass li permezz tagħhom seta’ jħallas l-istudji ta’ ibnu.
Meta mistoqsi għalfejn għamel dan l-att, l-istudent saħaq li ċ-ċilindru tal-gass li refa’ matul il-gradwazzjoni sa ftit snin ilu kien jirrappreżenta l-piż li missieru kellu jġorr għal diversi snin sabiex jagħmel ċert li ibnu jkun jista’ jistudja.
Madankollu hu jisħaq li issa li ggradwa, dak iċ-ċilindru huwa rappreżentazzjoni tal-imħabba, l-isforzi u s-sagrifiċċji li missieru kien lest jagħmel sabiex jara li ibnu verament ikun jista’ jwettaq il-ħolm u l-ambizzjonijiet tiegħu.
View this post on Instagram
Ritratti: Instagram / Formless