Il-paġna ta’ Facebook Ftit minn kollox kitbet dwar parir li jagħmel ħafna sens, dwar kemm m’għandniex nafdaw dejjem u lil kulħadd. Ħafna drabi meta tafda żżejjed taqlagħha fuq wiċċek.
“In-nanna kienet tgħidli: ‘Qatt tagħti wisq informazzjoni dwarek lil ħaddieħor. Ftakar li fi żminijiet ta’ għira, l-għami jibda jara, it-trux jisma’ u l-mutu jitkellem.’ Dak iż-żmien ma kontx naf xi trid tfisser. Iżda meta kbirt u esperjenzajt imġiba skorretta ta’ ċertu nies li fdajt, bdejt nifhem. Kelli min mar jirrakkonta s-sigrieti li fdajt miegħu ma’ ħaddieħor, sempliċiment għax il-ħbiberija tagħna spiċċat. Ħassejtni umiljata, imma permezz ta’ għajnuna professjonali rnexxieli nżomm soda. Kemm kellek raġun nann!”
Kliem bis-sens ħafna!