Bħal-lum sena ilu, l-attur lokali Luke Cassar, li ħafna minnkom tiftakruh fil-produzzjoni televiżiva D.R.E.A.M.S u anke kien ħa sehem fis-sensiela L-Isfida, kien beda l-vjaġġ tal-ħajja miżżewġa ma’ żewġu.
Fuq il-profil ta’ Instagram fl-aħħar jiem qasam ritratti meħudin minn din il-ġurnata speċjali. Jidhru anke dawk il-persuni viċin tagħhom jiċċelebraw dan il-mument flimkien magħhom.
Luke kiteb, “Dik li għaddiet sena sħiħa minn fuqha. Awguri fl-ewwel anniversarju lill-persuna favorita tiegħi, li dawwlet ħajti b’tant daħk u hena. Inħobbok Ben Ellis.”
Awguri minn qalbna!
View this post on Instagram
Facebook/ Luke Strathie-Cassar