Il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca kitbet ir-reazzjoni tagħha hekk kif bħalissa l-poplu jinsab xxukkjat b’dakli ntqal mill-kantanta Phyllisienne Brincat waqt programm tat-TVM.
“Inħossni verament inkwetata li deħlin f’morsa meta naċċettaw li noffendu lil kull min hu differenti minna, jew inkella mit-taxxi tagħna nagħtu spazju biex niżirgħu l-firda flok ir-rispett u l-inklużjoni,” hi kitbet.
“Il-midja wkoll għandha r-responsabbiltà li ma tkunx kompliċi u tkompli tferrex dawn is-sentimenti. Jekk nibgħu sejrin hekk hemm ir-riskju li nitilfu kull gwadan li għamilna tul is-snin għall benefiċċju tas-soċjeta.”
“Jien m’għandiex problema b’idejat differenti, anzi ejja ħa nitkellmu iżda mhux nipprofanaw il-valuri ta’ l-imħabba u r-rispett lejn id-drittijiet umani li huma ta’ kulħadd, aħna min aħna! It-tant episodji ta’ matul din il-ġimgħa, huma evidenza ta’ sentimenti li qed ikissru l-fibra soċjali f’pajjiżna.”
“Dan verament jinkwetani u qed jinkwieta lil ħafna nies bħali li nixtiequ naraw l-għaqda f’pajjiżna, il-maturita’, is-sensittivita’ għal għajrna, u r-responsabilita’, bħala valuri li fuqhom nistgħu inkomplu nibnu għal llum u għal ġejjieni.”
Facebook/Marie-Louise Coleiro Preca