Hekk kif sitt pazjenti qed jieħdu saħħithom lura wara li rċevew trapjant, il-Ministru Jo Etienne Abela qasam ħsieb profond u messaġġ mill-qalb dwar dan.
"F’għeluq snini, irċevejt aħbar taħlita ta’ niket u sodisfazzjoni fl-istess ħin. Filwaqt li nixtieq il-mistrieħ ta’ dejjem lid-donatur, nixtieq nirringrazzja u nfaħħar il-ġest altruist u nobbli li wassal biex issir l-ewwel donazzjoni ta’ organi bil-metodu DCD f’pajjiżna."
Il-Ministru jkompli, "Grazzi lil dawk li ħadmu miegħi biex nibdel il-liġi tat-trapjanti, lura f’Marzu ta’ din is-sena. Grazzi lit-timijiet lokali u barranin li għamlu l-intervent. Awguri lis-6 pazjenti li ha jieħdu saħħithom lura permezz tat-trapjanti."
Bosta kkummentaw b'uħud li għaddew minn esperjenza simili qabel, barra minn xtutna. Huma jfaħħru dan il-ġest nobbli.
Facebook/ Jo Etienne Abela