“Awguri F’Għeluq Sninha Lill-Mamà Sabiħa Tiegħi! Jixraqlek Il-Ferħ Kollu Tad-Dinja” – Victorio Gauci

Omm Victorio

Il-kantant lokali Victorio Gauci wassal messaġġ mill-isbaħ ta’ mħabba u gratitudni lil ommu fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha.

Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, Victorio awguralha l-isbaħ xewqat, fejn iddeskriviha bħala omm mill-isbaħ u qalilha li jistħoqqilha kull ferħ fid-dinja u ħafna aktar.

Huwa rringrazzjaha ta’ dak kollu li tagħmel miegħu, tal-appoġġ kontinwu tagħha u tal-imħabba, għall-familja kollha.

Victorio jikteb, "Il-kliem qatt mhu se jkun biżżejjed biex nesprimu kemm aħna #grati li għandna lilek. Jalla l-ħajja dejjem tagħtik il-ferħ li verament ħaqqek!"

Awguri mill-qalb lil omm Victorio!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI