Inġabret Is-Somma Ta’ €7,000 Għal Puttinu F’Għeluq Snin Mandy

Riċentament, Mandy għalqet 50 sena u minflok rigali nġabret somma sabiħa għal Puttinu Cares!

Bdew billi qalu, “€7,000 donazzjoni lil Puttinu Cares! Fl-14 ta’ Jannar, Mandy ċċelebrat għeluq il-50 sena tagħha u minflok rigali, ir-raġel tagħha Joseph Portelli għażel li ssir donazzjoni b’risq Puttinu Cares – organizzazzjoni li Mandy għandha ħafna għal qalbha. B’dan il-ġest sabiħ inġabret is-somma ta’ €7,000. Din l-inizjattiva sabiħa saret grazzi għall-imħabba u l-ħsieb ta’ Joseph flimkien ma’ Porsche Club Malta, li organizzawlha festa sorpriża b’differenza.”

Żiedu jgħidu, “Fl-aħħar tas-sena 2026, din il-ġabra ser tingħaqad mal-kumplament tal-fondi li Porsche Club Malta jiġbor permezz tal-attivitajiet għall-membri u s-sponsorships għall-kalendarju annwali tagħhom. Grazzi mill-qalb ta’ dan l-att ta’ ġenerożità u tal-appoġġ kontinwu tagħkom. Awguri mill-isbaħ Mandy b’sena mimlija saħħa, ferħ u barkiet!”

Prosit kbira ta’ dan il-ġest mill-isbaħ!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI