Is-sit It-Temp Madwarna qed iwissi li fil-jumejn li ġejjin il-gżejjer Maltin se jkunu qiegħdin jintlaqtu minn riefnu qawwi ferm.
Hu mistenni li t-Tlieta waranofsinhar pajjiżna jesperjenza l-eqqel ta’ dan ir-riefnu b’buffuri li jlaħħqu l-forza 10.
Imbagħad mit-Tlieta filgħaxija r-riħ mistenni jibda jikkalma xi ftit.
L-Uffiċju Meteroloġiku qed ibassar ukoll li f’dawn il-jumejn xi ħalbiet iżolati tax-xita aktarx se jkunu qed jolqtu lil pajjiżna fl-isfond tar-riefnu.
Fid-dawl ta’ dan il-pubbliku qed jiġi mwissi sabiex fil-jumejn li ġejjin fost oħrajn jevita li jiffrekwenta nħawi kostali fejn ir-riħ l-iżjed jaqbel, jevita li jħalli l-vettura tiegħu taħt siġar kbar kif ukoll iżomm f’moħħu li aktarx servizzi ta’ fast ferry u katamaran se jsibu rwieħhom sospiżi mill-ġdid għal fini ta’ sigurtà.
Facebook / Maltese Islands Weather u Lite Radio Malta