Demaris qasmet messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali fl-okkażjoni ta’ għeluq id-19-il sena ta’ binha, fejn esprimiet il-kburija u l-imħabba kbira li tħoss lejh. “19-il sena wara… hawn aħna, qalbi. Kemm aħna kburin bik! Ġuvni ġentili, edukat u b’qalb kbira,” kitbet Demaris, hekk kif awguratlu f’dan il-jum tant speċjali.
Fil-messaġġ tagħha, Demaris ħarset lura lejn il-mument li fih saret omm għall-ewwel darba, u kif proprju permezz tiegħu skopriet imħabba differenti minn kull waħda li kienet esperjenzat qabel. “Kont l-ewwel esperjenza tiegħi ta’ xi jfisser li ġġib wild fid-dinja, u miegħek sirt naf imħabba li qatt ma kont esperjenzajt qabel,” kitbet.
Hija kompliet tesprimi l-imħabba tagħha lejh bi kliem mill-qalb, “Inħobbok ħafna, aktar milli qatt nista’ nfisser bil-kliem.” Demaris temmet il-messaġġ bl-awguri mingħand il-familja kollha – Mama, Papa u Craig TJ – f’okkażjoni li bla dubju ġġib magħha ħafna emozzjonijiet u memorji sbieħ ta’ dawn l-aħħar 19-il sena.
Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u ħafna aktar snin mimlija saħħa, kuntentizza u suċċessi!
Facebook / Demaris Agius